Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0051

    Kawża C-51/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) Stryker EMEA Supply Chain Services BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Intestaturi tariffarji — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Viti għall-impjanti li huma intiżi sabiex jiddaħħlu fil-ġisem ta’ bniedem għat-trattament ta’ ksur tal-għadam jew għat-tqegħid ta’ protesijiet — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 9021 — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1212/2014 — Validità)

    ĠU C 195, 19.6.2017, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) Stryker EMEA Supply Chain Services BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

    (Kawża C-51/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Intestaturi tariffarji - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Viti għall-impjanti li huma intiżi sabiex jiddaħħlu fil-ġisem ta’ bniedem għat-trattament ta’ ksur tal-għadam jew għat-tqegħid ta’ protesijiet - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 9021 - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1212/2014 - Validità))

    (2017/C 195/05)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Noord-Holland

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Stryker EMEA Supply Chain Services BV

    Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

    Dispożittiv

    L-intestatura 9021 tan-Nomenklatura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014, tas-16 ta’ Ottubru 2014 għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħtha viti għall-impjant medikali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dawn il-prodotti jippreżentaw karatteristiċi li jiddistingwuhom mill-prodotti ordinarji mit-tmiem tal-manifattura tagħhom u l-preċiżjoni kbira tagħhom, kif ukoll mill-metodu tagħhom ta’ manifattura u l-ispeċifikazzjoni tal-funzjoni tagħhom. B’mod partikolari, il-fatt li viti għall-impjant medikali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistgħux jiddaħħlu fil-ġisem ħlief permezz ta’ strumenti medikali speċifiċi, u mhux bi strumenti ordinarji, jikkostitwixxi karatteristika li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biex jiġu distinti dawn il-viti għall-impjanti medikali minn prodotti ordinarji.


    (1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


    Top