This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0047
Case C-47/16: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 16 March 2017 (request for a preliminary ruling from the Augstākās tiesas Administratīvo lietu departaments — Latvia) — Valsts ieņēmumu dienests v ‘Veloserviss’ SIA (Reference for a preliminary ruling — Customs union — Community Customs Code — Article 220(2)(b) — Post-clearance recovery of import duties — Legitimate expectations — Conditions under which applicable — Error of the customs authorities — Obligation imposed on the importer to act in good faith and to verify the circumstances of the issue of the Form A certificate of origin — Means of proof — Report of the European Anti-Fraud Office (OLAF))
Kawża C-47/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs “Veloserviss” SIA [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 220(2)(b) — Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Żball mill-awtoritajiet doganali — Obbligu tal-importatur li jaġixxi in bona fide u li jivverifika ċ-ċirkustanzi tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ oriġini “Formola A” — Mezzi ta’ prova — Rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)]
Kawża C-47/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs “Veloserviss” SIA [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 220(2)(b) — Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Żball mill-awtoritajiet doganali — Obbligu tal-importatur li jaġixxi in bona fide u li jivverifika ċ-ċirkustanzi tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ oriġini “Formola A” — Mezzi ta’ prova — Rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)]
ĠU C 151, 15.5.2017, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs “Veloserviss” SIA
(Kawża C-47/16) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 220(2)(b) - Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Żball mill-awtoritajiet doganali - Obbligu tal-importatur li jaġixxi in bona fide u li jivverifika ċ-ċirkustanzi tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ oriġini “Formola A” - Mezzi ta’ prova - Rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)])
(2017/C 151/15)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Valsts ieņēmumu dienests
Konvenuti:“Veloserviss” SIA
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li importatur ma jistax jinvoka aspettativa leġittima, skont din id-dispożizzjoni, sabiex jopponi l-kunsiderazzjoni a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni, billi jeċepixxi l-bona fide tiegħu, ħlief jekk jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet kumulattivi. Jeħtieġ, qabel kollox, li dawn id-dazji ma jkunux inġabru b’riżultat ta’ żball tal-awtoritajiet kompetenti nnifishom, sussegwentement, li dan l-iżball huwa ta’ natura tali li ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna taxxabbli li taġixxi in bona fide u, fl-aħħar nett, li din tal-aħħar osservat id-dispożizzjonijiet kollha fis-seħħ f’dak li jikkonċerna d-dikjarazzjoni doganali tagħha. Tali aspettattiva leġittima tkun nieqsa, b’mod partikolari, meta minkejja li hemm raġunijiet manifesti sabiex tiġi ddubitata l-eżattezza ta’ ċertifikat ta’ oriġini “Formola A”, importatur ikun naqas milli jinvestiga, sa fejn ikun possibbli, iċ-ċirkustanzi tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat sabiex jivverifika jekk dawn id-dubji kinux iġġustifikati. Madankollu tali obbligu ma jfissirx li hemm obbligu fuq l-importatur, b’mod ġenerali, li jivverifika, b’mod sistematiku, iċ-ċirkustanzi tal-ħruġ, mill-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni, ta’ ċertifikat ta’ oriġini “Formola A”. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, skont il-provi konkreti kollha tal-kawża prinċipali, jekk dawn it-tliet kundizzjonijiet humiex issodisfatti f’dan il-każ. |
2) |
L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kwistjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jista’ jiġi dedott mill-informazzjoni li tinsab fir-rapport tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li importatur ma jkunx intitolat milli jinvoka aspettattiva leġittima, skont din id-dispożizzjoni, sabiex jopponi l-kunsiderazzjoni a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni. Madankollu, sa fejn tali rapport ma jkunx fih deskrizzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni inkwistjoni, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, huwa ma jistax, waħdu, ikun suffiċjenti sabiex jistabbilixxi jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex effettivament issodisfatti minn kull lat, b’mod partikolari fir-rigward tal-aġir rilevanti tal-esportatur. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa l-kompitu, bħala prinċipju, tal-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni sabiex jipproduċu l-prova, permezz ta’ provi addizzjonali, li l-ħruġ, mill-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni, ta’ ċertifikat ta’ oriġini “Formola A” inkorrett huwa attribwibbli għall-preżentazzjoni mhux eżatta tal-fatti mill-esportatur. Madankollu, meta, l-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni jinsabu fl-impossibbiltà li jipproduċu l-imsemmija prova, huwa l-kompitu, skont il-każ, tal-importatur li jipprova li l-imsemmi ċertifikat ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ preżentazzjoni korretta tal-fatti mill-esportatur. |