Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0691

    Kawża T-691/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2015 – Marcas Costa Brava vs UASI – Excellent Brands JMI (Cremcaffé by Julius Meinl)

    ĠU C 48, 8.2.2016, p. 86–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/86


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2015 – Marcas Costa Brava vs UASI – Excellent Brands JMI (Cremcaffé by Julius Meinl)

    (Kawża T-691/15)

    (2016/C 048/94)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Marcas Costa Brava, SL (Sils, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Excellent Brands JMI Ltd (Baar, l-Isvizzera)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Cremcaffé by Julius Meinl” – Trade mark Komunitarja Nru 11 406 782

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2015, fil-Każ R 2756/2014-5

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiddikjara li l-użu tat-trade mark Komunitarja Nru 2 423 705 fir-rigward tal-klassi 30 ġie pprovat u li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 11 406 782 hija inkompatibbli mat-trade mark Komunitarja Nru 2 423 705;

    tikkundanna lill-UASI u lill-eventwali konvenuti l-oħra għall-ispejjeż kollha.

    Motiv invokat

    Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 15(1), tal-Artikolu 15(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top