EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0687

Kawża T-687/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2015 – Marcas Costa Brava vs UASI – Excellent Brands JMI (Cremcaffé by Julius Meinl)

ĠU C 48, 8.2.2016, p. 83–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/83


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2015 – Marcas Costa Brava vs UASI – Excellent Brands JMI (Cremcaffé by Julius Meinl)

(Kawża T-687/15)

(2016/C 048/91)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marcas Costa Brava, SL (Sils, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Excellent Brands JMI Ltd (Baar, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva ħamra u bajda li tinkludi l-elementi verbali “Cremcaffé by Julius Meinl” – Trade mark Komunitarja Nru 11 406 816

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2015, fil-Każ R 2757/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li l-użu tat-trade mark Komunitarja Nru 2 423 705 fir-rigward tal-klassi 30 ġie pprovat u li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 11 406 816 hija inkompatibbli mat-trade mark Komunitarja Nru 2 423 705;

tikkundanna lill-UASI u lill-eventwali konvenuti l-oħra għall-ispejjeż kollha.

Motiv invokat

Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 15(1), tal-Artikolu 15(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top