EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0661

Kawża T-661/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Araujo vs Il-Parlament

ĠU C 48, 8.2.2016, p. 74–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/74


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Araujo vs Il-Parlament

(Kawża T-661/15)

(2016/C 048/82)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rui Araujo (Lisbona, il-Portugal) (rappreżentant: N. Pirc Musar, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A(2015)8663 C, tal-15 ta’ Settembru 2015, li tiċħad applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrent għal aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-allowances ta’ sussistenza, l-allowances għal infiq ġenerali u l-ispejjeż relatati mal-persunal ta’ Membri tal-Parlament Ewropew;

tikkundanna lill-Parlament iħallas l-ispejjeż tar-rikorrent skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ eventwali intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament 1049/2001 (1) flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament 45/2001 (2), peress li d-data personali mitluba ma hijiex protetta taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament 45/2001, peress li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba ġie rrifjutat, minkejja li l-kundizzjonijiet għall-iżvelar ġew issodisfatti

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ġenerali, taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament 1049/2001, li jitwettaq eżami ta’ kull dokument individwali

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament 1049/2001, peress li r-rifjut għal aċċess parzjali tad-dokumenti mitluba ma kienx iġġustifikat

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dmir li tagħti raġunijiet kif mitlub mill-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament 1049/2001, peress li l-Parlament naqas milli jindirizza l-argumenti kollha tar-rikorrenti


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).


Top