Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0651

    Kawża T-651/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Tchobanov vs Il-Parlament

    ĠU C 48, 8.2.2016, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/65


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Tchobanov vs Il-Parlament

    (Kawża T-651/15)

    (2016/C 048/73)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Atanas Tchobanov (Le Plessis Robinson, Franza) (rappreżentant: N. Pirc Musar, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni A(2015)8659 C tal-Parlament Ewropew, tas-16 ta’ Settembru 2015. li tiċħad it-talba konfermattiva tar-rikorrent għal aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ informazzjoni dwar spejjeż ta’ vvjaġġar, allowances ta’ residenza, allowances għal spejjeż ġenerali u spejjeż relatati mal-arranġamenti tal-persunal ta’ Membri tal-Parlament Ewropew;

    tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tar-rikorrent skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ kull parti intervenjenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 (2), peress li d-data personali mitluba ma hijiex protetta mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, sa fejn l-aċċess għall-informazzjoni mitluba ġie rrifjutat minkejja li r-rekwiżiti għall-iżvelar kienu ġew issodisfatti.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ġenerali, previst fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jiġi eżaminat kull dokument individwali.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn ir-rifjut ta’ aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba ma kienx iġġustifikat.

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif previst fl-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn il-Parlament naqas milli jeżamina l-argumenti kollha tar-rikorrent.


    (1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)

    (2)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102)


    Top