Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0253

    Kawża T-253/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Sociedad General de Aguas de Barcelona vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 245, 27.7.2015, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 245/36


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Sociedad General de Aguas de Barcelona vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-253/15)

    (2015/C 245/42)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. de Juan Casadevall, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

    sussidjarjament, fil-każ li t-talba prinċipali tiġi miċħuda, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ma tillimitax l-ordni ta’rkupru għax-xiri indirett magħmul wara l-21 ta’ Diċembru 2007, u ma tirrikonoxxix id-dritt għall-applikazzjoni sħiħa tal-benefiċċju fiskali matul il-perijodu kollu previst fl-Artikolu 12.5 tad-Digriet Leġiżlattiv 4/2004, tal-5 ta’ Marzu, li jimplementa t-Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades [TRLIS – test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji], u

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li diġà ġew invokati f’dawn il-kawżi.

    Qed jiġi allegat, b’mod partikolari, żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ selettività, użu ħażin ta’ poter u l-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ aspettattivi leġittimi.


    Top