Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0702

    Kawża T-702/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – BikeWorld vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Rappreżentanza minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 32, 29.1.2018, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/31


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – BikeWorld vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-702/15) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Rappreżentanza minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz - Inammissibbiltà”))

    (2018/C 032/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: BikeWorld GmbH (Sankt Ingbert, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Jovy, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, B. Stromsky u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/151, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għal Nürburgring (ĠU 2016, L 34, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    BikeWorld GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


    Top