Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62015TB0671

    Kawża T-671/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – E-Control vs ACER (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Avviż li jitratta l-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni nazzjonali li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali a’ elettriku — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 48, 8.2.2016, pagg. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/51


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – E-Control vs ACER

    (Kawża T-671/15 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Avviż li jitratta l-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni nazzjonali li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali a’ elettriku - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

    (2016/C 048/59)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Energie Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts und Erdgaswirtschaft (E-Control) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: F. Schuhmacher, avukat)

    Konvenuti: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Avviż Nru 09/2015, tat-23 ta’ Settembru 2015, tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija dwar il-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ regolazzjoni nazzjonali li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali fl-Ewropa ċentrali u tal-lvant bir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU 2009 L 211, p. 15), u bil-linji gwida dwar il-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ trasferiment disponibbli ta’ interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali, li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-regolament.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    In alto