EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0775

Kawża T-775/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – EK/servicegroup vs EUIPO (FERLI) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FERLI — Rekwiżit ta’ ċarezza — Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Drittijiet tad-difiża — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”)

ĠU C 22, 23.1.2017, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – EK/servicegroup vs EUIPO (FERLI)

(Kawża T-775/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FERLI - Rekwiżit ta’ ċarezza - Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Drittijiet tad-difiża - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2017/C 022/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EK/servicegroup eG (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller u T. A. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 1233/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FERLI bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EK/servicegroup eG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 28.2.2016.


Top