Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0733

    Kawża T-733/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Pagamenti ta’ penalità — Deċiżjoni ta’ likwidazzjoni tal-pagamenti ta’ penalità — Tħassir tal-miżura nazzjonali kontenzjuża — Data tal-waqfien tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu”)

    ĠU C 151, 15.5.2017, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-733/15) (1)

    ((“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Deċiżjoni ta’ likwidazzjoni tal-pagamenti ta’ penalità - Tħassir tal-miżura nazzjonali kontenzjuża - Data tal-waqfien tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu”))

    (2017/C 151/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. Figueiredo, aġenti, assistiti minn L. Silva Morais, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u P. Costa de Oliveira, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2015)4178538, tat-8 ta’ Ottobru 2015, li titlob lir-Repubblika Portugiża l-pagament tas-somma ta’ EUR 580 000, li tikkorrispondi mal-pagamenti ta’ penalità likwidati, għall-perijodu mill-25 ta’ Ġunju sal-21 ta’ Awwissu 2014, bħala eżekuzzjoni tas-sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2014, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-76/13, mhux ippubblikata, EU:C:2014:2029).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


    Top