Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0458

    Kawża T-458/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Automobile Club di Brescia vs EUIPO – Rebel Media (e-miglia) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva e-miglia — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MILLE MIGLIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 22, 23.1.2017, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 22/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Automobile Club di Brescia vs EUIPO – Rebel Media (e-miglia)

    (Kawża T-458/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva e-miglia - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MILLE MIGLIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2017/C 022/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Automobile Club di Brescia (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rebel Media Ltd (Wilmslow, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Schotthöfer u F. Steiner, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1990/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Automobile Club di Brescia u Rebel Media.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.

    3)

    Automobile Club di Brescia u Rebel Media Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll in-nofs, kull waħda minnhom, tal-ispejjeż tal-EUIPO.


    (1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


    Top