Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0249

    Kawża T-249/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2017 – JT vs EUIPO – Carrasco Pirard (QUILAPAYÚN) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea QUILAPAYÚN — Raġuni relattiva għal rifjut — Trade mark magħrufa sew — Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Proprjetarju tat-trade mark”)

    ĠU C 32, 29.1.2018, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2017 – JT vs EUIPO – Carrasco Pirard (QUILAPAYÚN)

    (Kawża T-249/15) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea QUILAPAYÚN - Raġuni relattiva għal rifjut - Trade mark magħrufa sew - Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Proprjetarju tat-trade mark”))

    (2018/C 032/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: JT (rappreżentant: A. Mena Valenzuela, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Eduardo Carrasco Pirard (Santiago, iċ-Ċili) u s-7 partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2015 (Każ R 354/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, JT u, min-naħa l-oħra, E. Carrasco Pirard u l-partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO li isimhom jidher fl-anness.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Marzu 2015 (Każ R 354/2014-2) hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


    Top