Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0210

    Kawża T-210/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – Deutsche Telekom AG vs Il-Kummissjoni [“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika — Interess pubbliku superjuri — Konsultazzjoni ta’ terzi — Trasparenza — Assenza ta’ tweġiba għal applikazzjoni konfermatorja fit-termini”]

    ĠU C 151, 15.5.2017, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – Deutsche Telekom AG vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-210/15) (1)

    ([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Interess pubbliku superjuri - Konsultazzjoni ta’ terzi - Trasparenza - Assenza ta’ tweġiba għal applikazzjoni konfermatorja fit-termini”])

    (2017/C 151/36)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u O. Corzilius, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Vondung u A. Buchet, sussegwentement minn F. Erlbacher, P. Van Nuffel u A. Dawes, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2015 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura għal abbuż minn pożizzjoni dominanti bir-referenza COMP/AT.40089 – Deutsche Telekom.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Deutsche Telekom AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


    Top