EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0145

Kawża T-145/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR — Miżuri marbuta maż-żona — Infiq eskluż mill-finanzjament — Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa — Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità”)

ĠU C 104, 3.4.2017, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-145/15) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Miżuri marbuta maż-żona - Infiq eskluż mill-finanzjament - Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa - Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

(2017/C 104/63)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: inizjalment R.-H Radu, V. Angelescu, R. Mangu, D. Bulancea, N. Horumbă, E. Mierlea u T. Crainic, sussegwentement R.-H Radu, V. Angelescu, R. Mangu, N. Horumbă, E. Mierlea u T. Crainic, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: A. Biolan u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata sa fejn din tirrigwarda lir-Rumanija.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-Rumanija.


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015.


Top