EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0112

Kawża T-112/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni [“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Regolament (KE) Nru 796/2004 — Skema ta’ għajnuna skont is-superfiċji — Kunċett ta’ mergħat permanenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa — Tnaqqis ta’ korrezzjoni preċedenti”]

ĠU C 151, 15.5.2017, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-112/15) (1)

([“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Skema ta’ għajnuna skont is-superfiċji - Kunċett ta’ mergħat permanenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Tnaqqis ta’ korrezzjoni preċedenti”])

(2017/C 151/35)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I. Chalkias, G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, sussegwentement G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Triantafyllou u A. Marcoulli, sussegwentement D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/950/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2014, L 369, p. 71).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/950/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-ammonti tal-korrezzjoni ta’ EUR 5 007 867,36, tat-tnaqqis ta’ EUR 2 318 055,75 u tal-effett finanzjarju ta’ EUR 2 689 811,61, fir-rigward tal-infiq imġarrab mir-Repubblika Ellenika fis-settur tal-iżvilupp rurali Feader Axe 2 (2007-2013, miżuri marbuta mas-superfiċji), għas-sena fiskali 2009, għad-dgħufijiet li jikkonċernaw is-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Pakketti Agrikoli (SIPA) u l-kontrolli fuq il-post (it-tieni pilastru, sena ta’ applikazzjoni 2008).

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


Top