EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0100

Kawża F-100/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs BEI

ĠU C 414, 14.12.2015, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/41


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs BEI

(Kawża F-100/15)

(2015/C 414/51)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Isola u G. Isola, avukati)

Konvenuta: Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament, minn naħa, tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2013 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet konsekuttivi u konnessi tal-BEI bħad-deċiżjoni li ma jiġix promoss għall-grad D kif ukoll kumpens għad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.

Talbiet

Jannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2014 tal-kumitat tal-appelli u jibgħat lura l-proċess quddiem dan tal-aħħar wara li jiġu stabbiliti l-kriterji li magħhom għandu jikkonforma ruħu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida;

Jannulla l-linji gwida stabbiliti mid-Direttorat tar-riżorsi umani fin-nota “Guidelines to the 2013 annual staff appraisal exercise”, sa fejn dawn jipprevedu li l-evalwazzjoni finali għandha ssir permezz ta’ sunt verbali, iżda mingħajr qatt ma stabbilixxew id-dikjarazzjonijiet korrispondenti;

Sussidjarjament:

Jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni 2013 fl-intier tiegħu (fil-parti evalwazzjoni, sa fejn ma jagħtix lir-rikorrent il-marka “exceptional performance” jew “very good performance” u ma jipproponihx għall-promozzjoni għall-grad D, u, fl-aħħar nett, sa fejn ma jipprevedix l-iżvilupp tal-karriera tiegħu u ma jistabbilixxix l-għanijiet tiegħu għas-sena 2014);

Jannulla l-atti konnessi, konsekuttivi u preċedenti kollha, inklużi l-promozzjonijiet ippubblikati permezz tan-nota “Performance Evaluation exercise 2013 – List of promotions and awards” li tqassmet fil-31 ta’ Marzu 2014;

Jikkonstata l-fastidju li għalih kien suġġett;

Jikkonstata r-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea talli inċitat il-fastidju u talli kisret ir-regoli dwar “smigħ xieraq”;

Jikkundanna lill-konvenuti għall-ħlas in solidum ta’ kumpens xieraq għad-danni fiżiċi, morali u materjali deskritti b’mod iddettaljat fil-punti 112 sa 120 iktar ’l isfel;

Jikkundanna lill-konvenuti għall-ħlas in solidum tal-interessi moratorji u kumpensatorji u ta’ kumpens għall-effett ta’ inflazzjoni fuq is-somom mogħtija;

Jikkundanna liż-żewġ konvenuti għall-ħlas tal-ispejjeż.


Top