EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0099

Kawża F-99/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – ZZ et vs BEI

ĠU C 414, 14.12.2015, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/40


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – ZZ et vs BEI

(Kawża F-99/15)

(2015/C 414/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba għall-annullament tar-rendikonti tas-salarju ta’ April 2015 u tar-rendikonti tal-bonus ta’ April 2015 li, skont ir-rikorrenti, jimplementaw deċiżjonijiet li ma jirrispettawx id-drittijiet tagħhom f’dak li jirrigwarda l-progressjoni salarjali, u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

Talbiet

l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiġu applikati għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-konvenut, tas-16 ta’ Diċembru 2014, li tiffissa progressjoni salarjali limitata għal 2,7 % u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-konvenut, tal-4 ta’ Frar 2015, li twassal għal telf ta’ salarju, deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju ta’ April 2015 u l-annullament, bl-istess mod, tad-deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju sussegwenti;

l-annullament tad-dikjarazzjonijiet dwar l-ippremjar tal-prestazzjoni ta’ 2015;

għaldaqstant, il-kundanna tal-konvenut

għall-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tal-Bord tad-Diretturi tal-konvenut, tas-16 ta’ Diċembru 2014, u tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-konvenut, tal-4 ta’ Frar 2015, meta mqabbla mal-applikazzjoni tal-iskala ta’ mertu minima; din id-differenza fir-remunerazzjoni għandha tiżdied bl-interessi moratorji li jibdew jiddekorru mit-12 ta’ April 2015 u, sussegwentement, fit-12 ta’ kull xahar, sal-ħlas sħiħ, liema interessi għandhom ikunu ffissati bir-rata tal-BĊE miżjuda bi 3 punti;

għall-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta’ 16,3 % fuq baġit salarjali ddefinit konformement mal-impenji tal-konvenut;

għall-ħlas ta’ danni fir-rigward tad-dannu mġarrab minħabba t-telf tal-kapaċità ta’ akkwist, liema dannu għandu jiġi stmat ex aequo et bono, u provviżorjament, għal 1,5 % tar-remunerazzjoni ta’ kull xahar;

għall-ħlas lil kull rikorrent ta’ EUR 1  000 bħala kumpens għad-dannu morali;

il-kundanna tal-konvenut għall-ispejjeż kollha.


Top