Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FB0045

    Kawża F-45/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2015 – Van der Veen vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Aġent temporanju — Deċiżjoni 2009/371/ĠAI — Rifjut tal-Europol li jikkonkludi kuntratt għal żmien mhux determinat — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat)

    ĠU C 48, 8.2.2016, p. 101–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/101


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2015 – Van der Veen vs Europol

    (Kawża F-45/15) (1)

    ((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Aġent temporanju - Deċiżjoni 2009/371/ĠAI - Rifjut tal-Europol li jikkonkludi kuntratt għal żmien mhux determinat - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors manifestament infondat))

    (2016/C 048/117)

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Mark Van der Veen (Le Haye, in-Netherlands) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

    Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann, J. Arnould u C. Falmagne, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-konvenut li ma jilqax it-talba tar-rikorrenti li huwa jingħata kuntratt għal żmien hum iddeterminat.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    M. Van der Veen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.


    (1)  ĠU C 190, 08.06.2015, p. 34.


    Top