EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0034

Kawża F-34/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Loecker vs SEAE (Servizz pubbliku — Persunal tas-SEAE — Membru tal-persunal temporanju — Fastidju psikoloġiku — Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Ċaħda — Talba għal ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva — Dritt għal smigħ — Ksur)

ĠU C 48, 8.2.2016, p. 96–97 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/96


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Loecker vs SEAE

(Kawża F-34/15) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Membru tal-persunal temporanju - Fastidju psikoloġiku - Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Ċaħda - Talba għal ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva - Dritt għal smigħ - Ksur))

(2016/C 048/110)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stéphane De Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment ta’ fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent kontra ċ-Chief Operating Officer tas-SEAE.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-14 ta’ April 2014 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ċaħad it-talba għal assistenza skont l-Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea mressqa minn S. De Loecker hija annullata.

2)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn S. De Loecker.


(1)  ĠU C 178, 1/6/2015, p. 25.


Top