EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0533

Kawża C-533/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ottubru 2015 – Feliks Frisman vs Finnair Oyj

ĠU C 48, 8.2.2016, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ottubru 2015 – Feliks Frisman vs Finnair Oyj

(Kawża C-533/15)

(2016/C 048/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Feliks Frisman

Konvenuta: Finnair Oyj

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” tirreferi wkoll għal dritt għall-ħlas ta’ kumpens fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, ta’ passiġġier kontra trasportatur tal-ajru effettiv li ma huwiex il-parti kontraenti tiegħu?

2)

Sa fejn l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 huwa applikabbli:

Meta trasport ta’ persuni huwa konnessjoni tal-ajru kkostitwita minn diversi titjiriet u ma jinkludix waqfa kunsiderevoli fl-ajruporti ta’ tranżitu, il-post ta’ tluq tal-ewwel parti tal-vjaġġ għandu wkoll jiġi kkunsidrat bħala l-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, jekk il-konnessjoni tal-ajru kienet twettqet minn trasportaturi tal-ajru differenti u jekk ir-rikors huwa ppreżentat kontra t-trasportatur tal-ajru li wettaq parti oħra tal-vjaġġ, li fiha seħħ dewmien sinjifikattiv?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


Top