Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0524

    Kawża C-524/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fl-1 ta’ Ottubru 2015 – proċeduri kriminali kontra Menci Luca

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fl-1 ta’ Ottubru 2015 – proċeduri kriminali kontra Menci Luca

    (Kawża C-524/15)

    (2015/C 414/27)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Bergamo

    Parti fil-kawża prinċipali

    Menci Luca

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tipprekludi l-possibbiltà ta’ proċeduri kriminali rigward fatt (in-nuqqas ta’ ħlas tal-VAT) li għalih il-persuna suġġetta għal proċeduri kriminali diġà ġiet imposta fuqha sanzjoni amministrattiva definittiva?


    Top