Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0485

    Kawża C-485/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Aeroporto Valerio Catullo di Verona Villafranca SpA vs Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA)

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Aeroporto Valerio Catullo di Verona Villafranca SpA vs Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA)

    (Kawża C-485/15)

    (2015/C 414/19)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Aeroporto Valerio Catullo di Verona Villafranca SpA

    Konvenuta: Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA)

    Domanda preliminari

    Il-prinċipji tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza, ta’ pubbliċità u ta’ kompetizzjoni jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik ikkostitwita mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-Liġi Nru 537/93, tal-Artikoli 6, 7, 8 u 17 tad-Digriet Ministerjali Nru 521/1997, tal-Artikolu 17 tad-Digriet Liġi Nru 67/97, tal-Artikolu 3(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 96/2005, tal-Artikolu 11 tad-Digriet Liġi Nru 216/2011 u tal-Artikolu 6 tad-Digriet Liġi Nru 78/2010, meħuda flimkien, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu jippermettu li l-għoti ta’ konċessjoni ta’ erbgħin sena għal operazzjoni sħiħa ta’ ajruport isir billi jiġi evitat l-għoti permezz ta’ proċedura pubblika ta’ sejħa għal offerti?


    Top