Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0364

    Kawża C-364/15 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 minn Louis Vuitton Malletier mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-21 ta’ April 2015 fil-Kawża T-360/12 – Louis Vuitton Malletier vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/14


    Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 minn Louis Vuitton Malletier mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-21 ta’ April 2015 fil-Kawża T-360/12 – Louis Vuitton Malletier vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG

    (Kawża C-364/15 P)

    (2015/C 414/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Louis Vuitton Malletier (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi, N. Parrotta, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG

    Talbiet

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-21 ta’ April 2015, fil-Kawża T-360/12, innotifikata lill-appellanti fid-29 ta’ April 2015;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti matul dawn il-proċeduri;

    tikkundanna lil Nanu-Nana għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti matul dawn il-proċeduri.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    1.

    Permezz ta’ dan l-appell, Louis Vuitton Malletier (iktar ’il quddiem “Louis Vuitton” jew l-“appellanti”) titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-21 ta’ April 2015, fil-Kawża T-360/12 (is-“sentenza appellata”), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ Louis Vuitton kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Mejju 2012, fil-Każ R 1854/2011-1, li kienet iddikjarat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva Nru 658751 invalida kollha kemm hi, minħabba assenza ta’ karattru distintiv.

    2.

    Dan l-appell huwa intiż li juri li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) hija applikabbli għat-trade mark ikkontestata.

    3.

    Billi kkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li kienet iddikjarat it-trade mark ikkontestata bħala invalida minħabba li ma kinitx distintiva b’mod inerenti, il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli dwar l-oneru tal-prova fi proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

    4.

    B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li sabiex tikkonforma ruħha mal-prinċipji dwar il-preżunzjoni ta’ validità li jgawdu minnha t-trade marks Komunitarji rreġistrati u t-tqassim tal-oneru tal-prova f’azzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, il-Qorti Ġenerali messha bidlet id-deċiżjoni kkontestata, fuq il-bażi li Nanu-Nana ma kinitx issodisfat l-oneru tagħha, peress li hija ma kinitx kapaċi turi x’kienu n-normi u l-użanzi tas-settur rilevanti fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata u għaldaqstant li t-trade mark ikkontestata ma kinitx titbiegħed minnhom b’mod sinjifikattiv.

    5.

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata u tikkundanna lill-UASI u lil Nanu-Nana għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti matul dawn il-proċeduri.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


    Top