This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0324
Case C-324/15 P: Appeal brought on 30 June 2015 by Hitachi Chemical Europe GmbH and Polynt SpA against the judgment of the General Court (Fifth Chamber) delivered on 30 April 2015 in Case T-135/13: Hitachi Chemical Europe GmbH, Polynt SpA and Sitre Srl v European Chemicals Agency (ECHA)
Kawża C-324/15 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 minn Hitachi Chemical Europe GmbH u Polynt SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawża T-135/13: Hitachi Chemical Europe GmbH, Polynt SpA u Sitre Srl vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Kawża C-324/15 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 minn Hitachi Chemical Europe GmbH u Polynt SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawża T-135/13: Hitachi Chemical Europe GmbH, Polynt SpA u Sitre Srl vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
ĠU C 311, 21.9.2015, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/25 |
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 minn Hitachi Chemical Europe GmbH u Polynt SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawża T-135/13: Hitachi Chemical Europe GmbH, Polynt SpA u Sitre Srl vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
(Kawża C-324/15 P)
(2015/C 311/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Hitachi Chemical Europe GmbH u Polynt SpA (rappreżentant: C. Mereu, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Sitre Srl, REACh ChemAdvice GmbH, New Japan Chemical, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-135/13; u |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata jew sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi r-rikors għal annullament tal-appellanti; u |
— |
tikkundanna lill-appellata tbati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li, inkwantu ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt Komunitarju. B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fir-raġunament u fl-interpretazzjoni tagħha tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan wassal lill-Qorti Ġenerali sabiex twettaq l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:
— |
Il-Qorti Ġenerali għamlet dikjarazzjonijiet kontradittorji u żbaljati fir-rigward tal-ħtieġa li titqies l-istima tar-riskji skont l-Artikolu 57(f) tar-REACH (1), u dan wassal għal interpretazzjoni żbaljata tagħha. |
— |
Il-Qorti Ġenerali għamlet dikjarazzjonijiet kontradittorji u tbiegħdet minn ġurisprudenza stabbilita dwar l-istatus u l-piż ta’ dokumenti ta’ gwida fl-interpretazzjoni tat-tifsira ta’ “livell ta’ tħassib ekwivalenti” fl-Artikolu 57(f) tal-istess regolament. |
— |
Il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq l-Artikolu 60(2) tar-REACH u dan wassal għal motivazzjoni insuffiċjenti. |
— |
Il-Qorti Ġenerali applikat it-test legali żbaljat meta ċaħdet l-argumenti marbuta mal-espożizzjoni tal-ħaddiema u tal-konsumaturi, b’mod li applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 57(f). |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-135/13 u kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata għandhom jiġu annullati.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, ĠU L 396 p. 1