This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0318
Case C-318/15: Request for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (Italy) lodged on 26 June 2015 — Tecnoedi Costruzioni Srl v Comune di Fossano
Kawża C-318/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – Tecnoedi Costruzioni Srl vs Comune di Fossano
Kawża C-318/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – Tecnoedi Costruzioni Srl vs Comune di Fossano
ĠU C 311, 21.9.2015, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – Tecnoedi Costruzioni Srl vs Comune di Fossano
(Kawża C-318/15)
(2015/C 311/29)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tecnoedi Costruzioni Srl
Konvenut: Comune di Fossano
Domanda preliminari
L-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment, ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati bħala li jostakolaw leġiżlazzjoni bħal dik fis-seħħ bħalissa fl-Italja, li tirriżulta mill-Artikoli 122(9) u 253(20a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, dwar l-esklużjoni awtomatika tal-offerti anormalment baxxi, fis-sejħiet għal offerti għall-għażla ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet iktar baxxi mil-limitu li għandhom interess transkonfinali?