This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0316
Case C-316/15: Reference for a preliminary ruling from the Supreme Court of the United Kingdom (United Kingdom) made on 26 June 2015 — The Queen on the application of Hemming (trading as ‘Simply Pleasure Ltd.’) and others v Westminster City Council
Kawża C-316/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – The Queen on the application of Hemming (li tinnegozja taħt l-isem “Simply Pleasure Ltd.”) et vs Westminster City Council
Kawża C-316/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – The Queen on the application of Hemming (li tinnegozja taħt l-isem “Simply Pleasure Ltd.”) et vs Westminster City Council
ĠU C 311, 21.9.2015, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – The Queen on the application of Hemming (li tinnegozja taħt l-isem “Simply Pleasure Ltd.”) et vs Westminster City Council
(Kawża C-316/15)
(2015/C 311/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Il-partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hemming, li tinnegozja taħt l-isem “Simply Pleasure Ltd.”, James Alan Poulton, Harmony Ltd, Gatisle Ltd, li jinnegozjaw taħt l-isem “Janus”, Winart Publications Ltd, Darker Enterprises Ltd, Swish Publications Ltd.
Konvenut: Westminster City Council
Id-domandi preliminari
Meta applikant għall-għoti jew tiġdid ta’ liċenzja ta’ stabbiliment tas-sess ikollu jħallas tariffa maqsuma f’żewġ partijiet, waħda konnessa mal-amministrazzjoni tal-applikazzjoni u li ma hijiex rimborsabbli, l-oħra għall-ġestjoni tas-sistema ta’ liċenzjar u li hija rimborsabbli jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda:
(1) |
Ir-rekwiżit li titħallas tariffa, inkluża t-tieni parti li hija rimborsabbli, ifisser, bħala kwistjoni ta’ dritt Ewropew u xejn iktar, li l-intimati sostnew spiża għall-applikazzjonijiet tagħhom li tmur kontra l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-Suq Intern (1) sa fejn din taqbeż l-ispiża sostnuta mill-Westminster City Council għall-ipproċessar tal-applikazzjoni? |
(2) |
Il-konklużjoni li tali rekwiżit għandu jiġi kkunsidrat li jinvolvi spiża – jew, jekk għandu jitqies bħala tali, spiża li taqbeż l-ispiża sostnuta mill-Westminster City Council għall-ipproċessar tal-applikazzjoni – tiddependi fuq l-effett ta’ ċirkustanzi ulterjuri (u jekk iva, liema), per eżempju:
|