Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0303

    Kawża C-303/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Proċeduri kriminali kontra G.M. u M.S.

    ĠU C 311, 21.9.2015, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 311/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Proċeduri kriminali kontra G.M. u M.S.

    (Kawża C-303/15)

    (2015/C 311/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Okręgowy w Łodzi

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    G.M. u M.S.

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ notifikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jitqiesu li huma ta’ natura teknika, konsegwenzi differenti jkunu possibbli, jiġifieri, għal dak li jirrigwarda dispożizzjonijiet li jikkonċernaw libertajiet li ma humiex suġġetti għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, in-nuqqas ta’ notifikazzjoni għandu jkollu bħala konsegwenza l-inapplikabbiltà tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati fil-kawża speċifikament inkwistjoni, filwaqt li, għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw libertajiet li huma suġġetti għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 36 tat-Trattat, il-qorti nazzjonali, li fl-istess waqt hija qorti tal-Unjoni, hija awtorizzata tevalwa jekk, minkejja n-nuqqas ta’ notifikazzjoni, dawn id-dispożizzjonijiet humiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 36 tat-Trattat u humiex suġġetti għas-sanzjoni tal-inapplikabbiltà?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337


    Top