Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0617

    Kawża C-617/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Hummel Holding A/S vs Nike Inc., Nike Retail B.V. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 97(1) — Ġurisdizzjoni internazzjonali — Proċedimenti ta’ vjolazzjoni mressqa kontra kumpannija stabbilita fi Stat terz — Sottosussidjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża — Kunċett ta’ “stabbiliment”)

    ĠU C 239, 24.7.2017, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 239/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Hummel Holding A/S vs Nike Inc., Nike Retail B.V.

    (Kawża C-617/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 97(1) - Ġurisdizzjoni internazzjonali - Proċedimenti ta’ vjolazzjoni mressqa kontra kumpannija stabbilita fi Stat terz - Sottosussidjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża - Kunċett ta’ “stabbiliment”))

    (2017/C 239/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hummel Holding A/S

    Konvenuti: Nike Inc., Nike Retail B.V.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 97(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija legalment indipendenti, stabbilita fi Stat Membru, li hija sottosussidjarja ta’ impriża prinċipali li ma għandhiex is-sede tagħha fl-Unjoni Ewropea, tikkostitwixxi “stabbiliment”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ din l-impriża prinċipali, peress li din is-sussidjarja hija ċentru ta’ operazzjonijiet li, fl-Istat Membru fejn hija tinsab, għandha forma ta’ preżenza reali u stabbli, li minnha tiġi eżerċitata attività kummerċjali, u li hija mmanifestata fit-tul lejn l-estern, bħala l-estensjoni ta’ din l-impriża prinċipali.


    (1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


    Top