EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0528

Kawża C-528/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie vs Salah Al Chodor, Ajlin Al Chodor, Ajvar Al Chodor (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kriterji u mekkaniżmi sabiex ikun iddeterminat liema huwa l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali — Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III) — Artikolu 28(2) — Detenzjoni għall-finijiet ta’ trasferiment — Artikolu 2(n) — Riskju sinjifikattiv ta’ ħarba — Kriterji oġġettivi — Assenza ta’ definizzjoni legali)

ĠU C 151, 15.5.2017, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie vs Salah Al Chodor, Ajlin Al Chodor, Ajvar Al Chodor

(Kawża C-528/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kriterji u mekkaniżmi sabiex ikun iddeterminat liema huwa l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali - Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III) - Artikolu 28(2) - Detenzjoni għall-finijiet ta’ trasferiment - Artikolu 2(n) - Riskju sinjifikattiv ta’ ħarba - Kriterji oġġettivi - Assenza ta’ definizzjoni legali))

(2017/C 151/11)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie

Konvenuti: Salah Al Chodor, Ajlin Al Chodor, Ajvar Al Chodor

Dispożittiv

L-Artikolu 2(n), u l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jimponu fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu, f’dispożizzjoni vinkolanti ta’ portata ġenerali, il-kriterji oġġettivi li fuqhom għandhom ikunu bbażati r-raġunijiet biex wieħed jaħseb li l-applikant għal protezzjoni internazzjonali li huwa s-suġġett ta’ proċedura ta’ trasferiment jista’ jaħrab. L-assenza ta’ tali dispożizzjoni twassal għall-inapplikabbiltà tal-Artikolu 28(2) ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


Top