Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0441

    Kawża C-441/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Bremen – il-Ġermanja) – Madaus GmbH vs Hauptzollamt Bremen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 3824 90 97 u 2106 90 92 — Prodott fil-forma ta’ trab li jikkonsisti minn karbonat tal-kalċju (95 %) u minn lamtu mmodifikat (5 %))

    ĠU C 104, 3.4.2017, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 104/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Bremen – il-Ġermanja) – Madaus GmbH vs Hauptzollamt Bremen

    (Kawża C-441/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 3824 90 97 u 2106 90 92 - Prodott fil-forma ta’ trab li jikkonsisti minn karbonat tal-kalċju (95 %) u minn lamtu mmodifikat (5 %)))

    (2017/C 104/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Bremen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Madaus GmbH

    Konvenuta: Hauptzollamt Bremen

    Dispożittiv

    In-Nomenklatura Magħqud li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 1001/2013, tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, użat għall-finijiet tal-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju fil-forma ta’ pilloli sempliċi, ta’ pilloli li jinħallu fl-ilma u ta’ pilloli li jintmagħdu, li jikkonsisti minn karbonat tal-kalċju ta’ kostituzzjoni kimika ddefinita fil-forma ta’ trab u, sabiex tiġi ffaċilitata l-manifattura ta’ pilloli, minn lamtu mmodifikat miżjud, u li l-livell ta’ lamtu tiegħu huwa iżgħar, bil-piż, minn 5 %, għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 2106 ta’ din in-Nomenklatura.


    (1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


    Top