EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0358

Kawża C-358/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru°945/2012 — Bażi legali — Kriterju bbażat fuq l-appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern tal-Iran — Parti mill-profitti ta’ kumpannija statali mogħtija lill-Istat tal-Iran)

ĠU C 243, 4.7.2016, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-358/15 P) (1)

((Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nruo945/2012 - Bażi legali - Kriterju bbażat fuq l-appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern tal-Iran - Parti mill-profitti ta’ kumpannija statali mogħtija lill-Istat tal-Iran))

(2016/C 243/13)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bank of Industry and Mine (rappreżentanti: E. Rosenfeld u S. Perrotet, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bank of Industry and Mine u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 294, 07.09.2015.


Top