Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0157

    Kawża C-157/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – Samira Achbita, Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding vs G4S Secure Solutions NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament — Diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin — Regolamenti interni ta’ impriża li jipprojbixxu lill-ħaddiema milli jilbsu simboli viżibbli ta’ natura politika, filosofika jew reliġjuża fuq il-post tax-xogħol — Diskriminazzjoni diretta — Assenza — Diskriminazzjoni indiretta — Projbizzjoni fuq ħaddiema milli tilbes velu Iżlamiku”)

    ĠU C 151, 15.5.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – Samira Achbita, Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding vs G4S Secure Solutions NV

    (Kawża C-157/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin - Regolamenti interni ta’ impriża li jipprojbixxu lill-ħaddiema milli jilbsu simboli viżibbli ta’ natura politika, filosofika jew reliġjuża fuq il-post tax-xogħol - Diskriminazzjoni diretta - Assenza - Diskriminazzjoni indiretta - Projbizzjoni fuq ħaddiema milli tilbes velu Iżlamiku”))

    (2017/C 151/03)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van Cassatie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Samira Achbita, Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding

    Konvenuta: G4S Secure Solutions NV

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni tal-ilbies ta’ velu Iżlamiku, li tirriżulta minn regola interna ta’ impriża privata li tipprojbixxi l-ilbies viżibbli ta’ kwalunkwe simbolu politiku, filosofiku jew reliġjuż fuq il-post tax-xogħol, ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni diretta bbażata fuq ir-reliġjon jew fuq it-twemmin fis-sens ta’ din id-direttiva.

    Min-naħa l-oħra, regola interna ta’ impriża privata tista’ tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78 jekk jiġi stabbilit li l-obbligu apparentament newtrali li hija tipprevedi jwassal, fil-fatt, għal żvantaġġ partikolari għall-persuni affiljati ma’ reliġjon jew twemmin speċifiku, sakemm ma tkunx iġġustifikata oġġettivament minn għan leġittimu, bħall-fatt li l-persuna li timpjega ssegwi, fir-relazzjonijiet tagħha mal-klijenti tagħha, politika ta’ newtralità politika, filosofika kif ukoll reliġjuża, u sakemm il-mezzi sabiex jintlaħaq dan l-għan ikunu xierqa u neċessarji, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 205, 22.6.2015.


    Top