EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0765

Kawża T-765/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Novembru 2014 – Legakis et vs Il-Kunsill

ĠU C 34, 2.2.2015, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/40


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – Legakis et vs Il-Kunsill

(Kawża T-765/14)

(2015/C 034/48)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Georgios Legakis, Myrto Panagiota Legaki, Maria Legaki u Melina Legaki (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: B. Christianos, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-konvenut li jħallas lir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 1 9 91  194,40, bħal kumpens għad-dannu kkawżat lilhom permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut, kif ukoll l-interessi li jibdew jiddekorru mid-data tad-deprivazzjoni illeġittima tad-depożiti tagħhom (29/03/2013) sad-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża, kif ukoll l-interessi moratorji mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sakemm isir il-ħlas sħiħ;

sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti 95 % tal-ammont imsemmi iktar 'il fuq, jiġifieri l-ammont ta’ EUR 1 8 91  634,68 bħala kumpens għad-dannu kkawżat lilhom permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut kif ukoll l-interessi li jibdew jiddekorru mid-data tal-deprivazzjoni illeġittima tad-depożiti tagħhom (29/03/2013) sal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża, kif ukoll l-interessi moratorji mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sakem isir il-ħlas sħiħ.

iktar sussidjarjament, tistabbilixxi s-somma li l-konvenut għandu jħallas lir-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu kkawżat lilhom mill-atti illegali mwettqa mill-konvenut;

tikkundanna lill-konvenut li jħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 20  000 kull wieħed u waħda minnhom (jiġifieri, ammont komplessiv ta’ EUR 80  000), bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lilhom milll-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 20  000 għal kull wieħed u waħda minnhom (jiġifieri, ammont kumplessiv ta’ EUR 80  000), bħala kumpens għal dannu morali kkawżat lilhom mill-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ din l-azzjoni, skont l-Artikolu 340(2) TFUE, ir-rikorrenti qegħdin jitolbu lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 268 TFEU, tordna kumpens fir-rigward tad-danni li sofrew miħabba l-aġir illegali tal-konvenut.

Ir-rikorrenti jsostnu li d-danni ġew ikkawżati meta l-konvenut, billi aġixxa ultra vires u b’nuqqas ta’ osservanza tad-dritt sekondarju tal-Unjoni u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, impona u, sussegwentement, ikkawża t-tnaqqis tad-depożiti bankarji tar-rikorrenti f’Cyprus Popular Bank Public Co Ltd. (Laiki Τrapeza) u, fi kwalunkwe każ, ikkontribwixxa għal dan it-tnaqqis.

B’mod partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut wettaq il-ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni segwenti:

l-ewwel nett, ksur tad-dritt tal-proprjetà;

it-tieni nett, ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament, u

it-tielet nett, ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.

ir-rikorrent isostni li, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, il-kundizzjonijiet sabiex il-konvenut iħallashom kumpens għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tiegħu, huma sodisfatti.


Top