EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0728

Kawża T-728/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition vs UASI – H. Young Holdings (animal)

ĠU C 431, 1.12.2014, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/44


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition vs UASI – H. Young Holdings (animal)

(Kawża T-728/14)

(2014/C 431/69)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition (New Brunswick, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H. Young Holdings plc (Newbury, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “animal” – Trade mark Komunitarja Nru 2 8 24  548

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2058/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 37(b)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95.


Top