Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0721

    Kawża T-721/14: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2014 – Il-Belgju vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 431, 1.12.2014, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 431/42


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2014 – Il-Belgju vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-721/14)

    (2014/C 431/66)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju tal-Belgju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti, sostnuti minn P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni

    Talbiet

    tannulla r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/478/UE, tal-14 ta’ Lulju 2014, dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn.

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kompetenzi attribwiti fis-sens tal-Artikolu 5 TUE, sa fejn ma hijiex identifikata l-bażi legali fit-Trattati li tattribwixxi kompetenza lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-miżura kkontestata.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kompetenzi attribwiti, sa fejn it-Trattati ma jawtorizzawx lill-Kummissjoni tadotta miżura ta’ armonizzazzjoni fis-settur tal-logħob tal-ażżard.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzoni leali fis-sens tal-Artikolu 4(3) TUE u tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali fis-sens tal-Artikolu 13(2) TUE, sa fejn il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010“Qafas applikabbli għal-logħob u għal-logħob tal-ażżard fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea” (Dokument Nru 16884/10).

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali fis-sens tal-Artikolu4(3) TUE fir-rigward tal-Istati Membri.

    5.

    Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 13(2) TUE, 288 TFUE u 289 TFUE, sa fejn il-miżura kkontestata fil-verità tikkostitwixxi direttiva moħbija. Ir-rikorrent jallega wkoll ksur tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn il-Kummissjoni ma hijiex qiegħda tuża liġi sabiex tillimita l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


    Top