EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0597

Kawża T-597/14: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Awwissu 2014 – Cham u Bena Properties vs Il-Kunsill

ĠU C 372, 20.10.2014, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/21


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Cham u Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-597/14)

2014/C 372/26

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cham Holding Co. SA u Bena Properties Co. SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-partijiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tikkumpensa d-dannu relatat mas-sospensjoni tal-proġett “Yasmeen Rotana” imġarrab mir-rikorrenti, fl-ammont ta’ EUR 4 3 0 00  000;

taħtar espert bil-għan li jistabbilixxi l-ammont totali tad-dannu mġarrab mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.


Top