This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0467
Case T-467/14: Action brought on 24 June 2014 — Fonditel Pensiones v Commission
Kawża T-467/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ġunju 2014 – Fonditel Pensiones vs Il-Kummissjoni
Kawża T-467/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ġunju 2014 – Fonditel Pensiones vs Il-Kummissjoni
ĠU C 253, 4.8.2014, p. 64–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/64 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Fonditel Pensiones vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-467/14)
2014/C 253/87
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fonditel Pensiones, Entidad Gestora de Fondos de Pensiones, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna; |
— |
tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.