Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0459

    Kawża T-459/14: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Ġunju 2014 – Messi Cuccittini vs UASI – Pires Freitas Campos (LEO)

    ĠU C 329, 22.9.2014, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/18


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2014 – Messi Cuccittini vs UASI – Pires Freitas Campos (LEO)

    (Kawża T-459/14)

    2014/C 329/26

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Lionel Andrés Messi Cuccittini (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maria Leonor Pires Freitas Campos (Setúbal, il-Portugall)

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1554/2013-1, peress li meta ċaħdet l-appell tar-rikorrent, din id-deċiżjoni kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppozizzjoni, li tilqa’ l-oppożizzjoni B 2009291 u li tiċħad fl-intier tagħha l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 13  511“LEO”;

    tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “LEO” għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 13  511

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Maria Leonor Pires Freitas Campos

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “LEO D’HONOR” għal prodotti fil-klassi 33

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regoalment Nru 207/2009


    Top