Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0433

    Kawża T-433/14: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Ġunju 2014 – Superficies de Alimentación vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 253, 4.8.2014, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 253/58


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2014 – Superficies de Alimentación vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-433/14)

    2014/C 253/79

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Superficies de Alimentación, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. López Gómez, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri fiskali li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji uniċi ta’ din l-allegata għajnuna u, għalhekk, bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, kompletament jew b’mod li jillimita n-nuqqas ta’ konsegwenzi għall-profittabbiltà tat-tranżazzjonijiet, u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-401/14, Duro Felguera SA vs Il-Kummissjoni.


    Top