Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0365

    Kawża T-365/14: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Mejju 2014 – CBM Creative Brands Marken vs UASI – Aeronautica Militare – Stato Maggiore (TRECOLORE)

    ĠU C 253, 4.8.2014, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 253/47


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2014 – CBM Creative Brands Marken vs UASI – Aeronautica Militare – Stato Maggiore (TRECOLORE)

    (Kawża T-365/14)

    2014/C 253/62

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, M. Grundmann u N. Kerger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Ruma, l-Italja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-1 ta’ April 2014, fil-Każ R 411/2013-5 sa fejn il-Ħames Bord tal-Appell annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, laqa’ l-oppożizzjoni u ċaħad l-Applikazzjoni Nru 00 9 8 77  416 fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 u fir-rigward tas-servizzi “Servizzi bl-imnut, inkluż permezz ta’ siti tal-internet u teleshopping, fir-rigward ta’ ħwejjeġ, xedd tas-saqajn u xedd ir-ras, nuċċalijiet tax-xemx, materjali prezzjużi u l-ligi tagħhom u oġġetti ta’ metall prezzjuż jew miksija b’dan, ġojjelli, ħaġar prezzjuż; strumenti li juru l-ħin u kronometriċi, ġilda jew imitazzjoni tal-ġilda, u oġġetti oħra magħmula minn dan il-materjal, ġlud tal-annimali, ġlud ħoxnin; bagolli u basktijiet tal-ivvjaġġar, basktijiet, handbags, kartieri, portmonijiet, boroż għaċ-ċwievet, borża, barżakki, boroż żgħar, umbrelel, parasoli u bsaten, frosti, xedd ta’ żiemel jew ta’ bhima oħra u oġġetti tas-sarrâġ” fil-klassi 35;

    tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-Applikazzjoni Nru 00 9 8 77  416 fl-intier tagħha;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “TRECOLORE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 8 77  416

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Aeronautica Militare – Stato Maggiore

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja u nazzjonali, verbali u figurattiva, “FRECCE TRICOLORI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 20, 25, 28 u 41

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kontenzjuża annullata parzjalment

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top