Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0358

    Kawża T-358/14: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Mejju 2014 – Hoteles Catalonia vs UASI – Caixa d’Estalvis de Catalunya (HOTEL CATALONIA LA PEDRERA)

    ĠU C 253, 4.8.2014, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 253/44


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – Hoteles Catalonia vs UASI – Caixa d’Estalvis de Catalunya (HOTEL CATALONIA LA PEDRERA)

    (Kawża T-358/14)

    2014/C 253/58

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Hoteles Catalonia, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, A. Torrente Tomás u Y. Sastre Canet, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Caixa d’Estalvis de Catalunya (Barcelona, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 Frar 2014, fil-Każ R 1227/2013-1, li tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 63  814“HOTEL CATALONIA LA PEDRERA” ta’ HOTELES CATALONIA S.A., li konsegwentement għandha tkun irreġistrata mill-UASI;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HOTEL CATALONIA LA PEDRERA” għal servizzi fil-klassi 43 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 63  814

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Caixa d’Estalvis de Catalunya

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Komunitarja u nazzjonali “LA PEDRERA” għal servizzi fil-klassi 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: opożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top