EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0356

Kawża T-356/14: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Mejju 2014 – CareAbout vs UASI – Florido Rodríquez (Kerashot)

ĠU C 253, 4.8.2014, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/42


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – CareAbout vs UASI – Florido Rodríquez (Kerashot)

(Kawża T-356/14)

2014/C 253/56

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CareAbout GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, J. Vogtmeier u A. Kramer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Luis Florido Rodríquez (Sevilla, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1569/2013-4 dwar il-punti 1., 2. U 4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali Kerashot għal prodotti fil-klassijiet 1, 3 u 21 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 69  571

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: José Luis Florido Rodríquez

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-elementi verbali “K KERASOL” għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata u l-oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top