This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0227
Case T-227/14: Action brought on 11 April 2014 — CBM Creative Brands Marken v OHIM — Aeronautica Militare — Stato Maggiore (Trecolore)
Kawża T-227/14: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ April 2014 – CBM Creative Brands Marken vs UASI – Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Trecolore)
Kawża T-227/14: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ April 2014 – CBM Creative Brands Marken vs UASI – Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Trecolore)
ĠU C 245, 28.7.2014, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/17 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – CBM Creative Brands Marken vs UASI – Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Trecolore)
(Kawża T-227/14)
2014/C 245/24
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, M. Grundmann u N. Kerger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Ruma, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 253/2013-1 sa fejn l-Ewwel Bord tal-Appell jannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u jilqa’ l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni li tiċħad l-applikazzjoni Nru 9 8 77 325 fir-rigward ta’ prodotti fil-klassijiet 18 u 25; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni Nru 9 8 77 325 fl-intier tagħha; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark “Trecolore” għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 18, 25 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 8 77 325
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Aeronautica Militare – Stato Maggiore
Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark Komunitarja u nazzjonali verbali u figurattiva “FRECCE TRICOLORI”, għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 9, 14, 16, 18, 20, 25, 28 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata parzjalment miċħuda
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009