EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0431

Kawża T-431/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Volkswagen vs UASI (CHOICE) (“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CHOICE — Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

ĠU C 414, 14.12.2015, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Volkswagen vs UASI (CHOICE)

(Kawża T-431/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CHOICE - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 414/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ April 2014 (Każ R 2019/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CHOICE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.08.2014.


Top