EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0130

Kawża T-130/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kunsill vs Simpson (“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Avvanz fil-grad — Klassifikazzjoni fi grad — Deċiżjoni li l-persuna kkonċernata ma tingħatax il-grad AD 9 wara li għaddiet minn kompetizzjoni ġenerali ta’ grad AD 9 — Żnaturament tal-provi”)

ĠU C 414, 14.12.2015, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kunsill vs Simpson

(Kawża T-130/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Avvanz fil-grad - Klassifikazzjoni fi grad - Deċiżjoni li l-persuna kkonċernata ma tingħatax il-grad AD 9 wara li għaddiet minn kompetizzjoni ġenerali ta’ grad AD 9 - Żnaturament tal-provi”))

(2015/C 414/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u A. Bisch, sussegwentement M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

Appellat: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2013, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11, ĠabraSP, EU:F:2013:201), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2013, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11, ĠabraSP, EU:F:2013:201), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku annulla d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ċaħad it-talba ta’ Erik Simpson intiża sabiex jikseb avvanz għall-grad AD 9 minħabba li kien għadda mill-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 u sa fejn hija kkundannat lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha (punti 1 u 3 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza).

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


Top