EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0134

Kawża F-134/14: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 34, 2.2.2015, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/53


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-134/14)

(2015/C 034/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi l-eżistenza ta’ preġudizzju li jirriżulta mit-terminu impost mill-Kummissjoni sabiex jiġi stabbilit l-oriġini professjonali tal-marda tar-rikorrenti u li tikkumpensaha biss fl-ammont ta’ EUR 2  000 għas-sitwazzjoni ta’ inċertezza fir-rigward tar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda tagħha, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni morali allegatament sostnuti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Awwissu 2014, irċevuta mir-rikorrenti b’ittra rreġistrata tal-1 ta’ Ottubru 2014, li tiċħad l-ilment tagħha tal-24 ta’ April 2014;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Frar 2014, li laqgħet biss parzjalment it-talba għad-danni tar-rikorrenti tas-16 ta’ Ottubru 2013;

tordna l-kumpens għad-danni morali tar-rikorrenti evalwati, ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 20  000;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.


Top