Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0511

Kawża C-511/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Bologna (l-Italja) fl- 14 ta’ Novembru 2014 – Pebros Servizi srl vs Aston Martin Lagonda Limited

ĠU C 34, 2.2.2015, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Bologna (l-Italja) fl-14 ta’ Novembru 2014 – Pebros Servizi srl vs Aston Martin Lagonda Limited

(Kawża C-511/14)

(2015/C 034/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale civile di Bologna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pebros Servizi srl

Konvenuta: Aston Martin Lagonda Limited

Domanda preliminari

Fil-każ ta’ sentenza fil-kontumaċja (fl-assenza ta’ parti) li permezz tagħha parti li ma dehritx/assenti kienet ġiet ikkundannata, mingħajr, madankollu, ebda rikonoxximent espress tad-dritt minn naħa ta’ din il-parti,

huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina jekk dan l-aġir proċedurali huwiex ekwivalenti għal nuqqas ta’ kontestazzjoni fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 (1), tal-21 ta’ April 2004, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-30 ta’ April 2004, li possibbilment jista’ jiċħad, skont id-dritt nazzjonali, in-natura mhux ikkontestata tat-talba,

jew

abbażi tad-dritt Ewropew, kundanna fil-kontumaċja/fl-assenza ta’ parti timplika, minn natura tagħha stess, nuqqas ta’ kontestazzjoni, b’mod li r-Regolament (KE) Nru 805/2004 japplika irrispettivament mill-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali?


(1)  Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq ordni Ewropew ta’ infurzar għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).


Top