This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0506
Case C-506/14: Request for a preliminary ruling from the Korkein hallinto-oikeus (Finland) lodged on 12 November 2014 — Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy
Kawża C-506/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit- 12 ta’ Novembru 2014 – Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy
Kawża C-506/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit- 12 ta’ Novembru 2014 – Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy
ĠU C 34, 2.2.2015, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 34/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-12 ta’ Novembru 2014 – Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy
(Kawża C-506/14)
(2015/C 034/09)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy
Parti oħra: Työ- ja elinkeinoministeriö
Domandi preliminari
1) |
Sa fejn hija bbażata fuq l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva dwar l-iskambji ta’ kwoti (1), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE (2) hija nulla u kuntrarja għall-Artikolu 23(3) tal-istess direttiva minħabba li d-deċiżjoni msemmija ma tteħdietx skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju fis-sens tal-Artikolu 5bis [5a] tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (3) u fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (4)? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, ma huwiex meħtieġ li tingħata risposta għad-domandi l-oħra. |
2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE hija kuntrarja għall-Artikolu 10a(5(a) tad-Direttiva dwar l-iskambji ta’ kwoti sa fejn, meta ddeterminat il-limitu massimu ta’ emissjonijiet industrijali, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għal minn tal-inqas wieħed mill-punti (i) sa (iii) ta’ din id-domanda, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE hija nulla sa fejn tikkonċerna l-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali u, għaldaqstant, ma għandhiex tiġi applikata? |
3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE hija nulla u kuntrarja għall-Artikolu 10a(5) u għall-għanijiet tad-Direttiva dwar l-iskambji ta’ kwoti minħabba li ma tiħux inkunsiderazzjoni, fil-kalkolu tal-limitu massimu tal-emissjonijiet industrijali fis-sens tal-Artikolu 10a(5)(a) u (b) tad-Direttiva, l-emissjonijiet li joriġinaw (i) mill-produzzjoni tal-elettriku minn gassijiet residwi f’installazzjonijiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva li ma humiex “produtturi tal-elettriku” u (ii) mill-produzzjoni tas-sħana f’installazzjonijiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva li ma humiex “produtturi tal-elettriku” u li fir-rigward tagħhom, skont l-Artikolu 10a(1) u (4) tad-Direttiva kif ukoll skont id-Deċiżjoni 2011/278/UE (5), jistgħu jingħataw kwoti mingħajr ħlas? |
4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE hija nulla u f’kontradizzjoni mal-Artikolu 3(e) u (u) tad-Direttiva dwar l-iskambji ta’ kwoti – jew ikkunsidrati waħedhom jew flimkien mal-Artikolu 10a(5) tagħha – minħabba li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-emissjonijiet imsemmija fid-domanda 3 fil-kalkolu tal-limitu massimu tal-emissjonijiet industrijali fis-sens tal-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva? |
5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE hija kuntrarja għall-Artikolu 10a(12) tad-Direttiva sa fejn il-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali ġie estiż għal settur espost għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx tal-karbonju kif iddefinit fid-Deċiżjoni 2010/2/UE (6)? |
6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE hija kuntrarja għall-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva sa fejn id-dispożizzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-parametri referenzjali kellhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-inkoraġġimenti sabiex jintużaw teknoloġiji iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, sabiex jintużaw l-iktar teknoloġiji effikaċi, sabiex tintuża l-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u sabiex isir l-irkupru effikaċi tal-enerġija mill-gassijiet residwi? |
7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE hija kuntrarja għall-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva dwar l-iskambji ta’ kwoti sa fejn il-prinċipji li jirregolaw il-parametri referenzjali kellhom ikunu bbażati fuq ir-rendiment medju tal-installazzjonijiet li jagħmlu parti mill-kategorija tal-iktar 10 % effikaċi fis-settur ta’ attività kkonċernat? |
(1) Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal- 5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 124).
(4) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, p. 13).
(5) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).
(6) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE, tal-24 ta’ Diċembru 2009, li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, p. 10).