Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0296

    Kawża C-296/14 P: Appell ippreżentat fit- 13 ta’ Ġunju 2014 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad- 9 ta’ April 2014 fil-Kawża T-150/12, Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 253, 4.8.2014, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 253/22


    Appell ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2014 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ April 2014 fil-Kawża T-150/12, Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-296/14 P)

    2014/C 253/29

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u A. Vasilopoulou)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    tilqa’ l-appell, tannulla fl-intier tagħha s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont dak li huwa espost b’mod iktar preċiż, tilqa’ r-rikors tar-Repubblika Ellenika, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Fl-aggravju li hija tinvoka, ir-Repubblika Ellenika ssostni ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea peress li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) u (3)(b) TFUE dwar il-fatt li kienu sodisfatti l-kundizzjonijiet eċċezzjonali li kienet tinsab fihom l-ekonomija Griega meta ġraw il-fatti.

    B’mod iktar preċiż, fl-ewwel parti tal-aggravju, jitressaq l-argument li, abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-miżuri inkwistjoni jikkonsistu f’vantaġġ ekonomiku selettiv għall-benefiċjarji, li kapaċi joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, minħabba l-kundizzjoniijet eċċezzjonali li kienet tinsab fihom l-ekonomija Griega meta ġraw il-fatti filwaqt li, fit-tieni parti tal-aggravju, jitressaq l-argument li l-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE peress li llimitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għall-kundizzjonijiet tal-Avviż dwar qafas Komunitarju ta’ Appoġġ, minkejja li l-kundizzjonijiet eċċezzjonali li kienet tinsab fihom l-ekonomija Griega meta ġraw il-fatti kienu sodisfatti.


    Top